Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, qiegħed jinsisti li ma jgħid xejn u ma jagħti dettalji lil ħadd dwar l-iskema ta’ self sigriet. Wara ġimgħat nistaqsu dwar din l-iskema s-Sibt filgħodu kienet it-Times of Malta li ttantat tistaqsi dwar is-suġġet u l-mistoqsija kienet waħda sempliċi. Dik jekk tal-fish farms humiex parti mill-iskema ċedoli jew le.
Xi ħaġa li qajjem il-Prim Ministru f’kollegament telefoniku l-Ħadd li għadda.
“Iżda, ma kien hemm ebda tweġiba jekk xi ħadd minn tal-fish farms jew marbut magħhom ikkontribwixxa fl-iskema ċedoli,” irrapportat it-Times of Malta.
Għalkemm ma weġibx il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista rrimarka li l-iskema qed tgħin lill-Partit Nazzjonalista jirranġa l-finanzi tiegħu – the scheme is helping the party clean up its finances qal il-kelliem.