Simon Busuttil baqa’ ma’ preżenta ebda provi għall-allegazzjonijiet li qed jagħmel fil-konfront taċ-chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, dan minkejja li sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet b’reazzjoni għal kwerela li fetaħ kontrih Schembri dalgħodu.
Schembri talab lill-Pulizija tieħu l-pariri li għandha tieħu sabiex tibda tinvestiga lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Dan għamlu għax fi kliem l-avukati ta’ Schembri, saru numu ta’ reati fosthom fabrikazzjoni ta’ fatti li ma jeżistux, kalunnja u ġurament falz fir-rikorsi li ġew ippreżentati mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
Għal darb’oħra, l-Kap tal-Oppożizzjoni fetaħ attakk fuq l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna u qal li l-Avukat Ġenerali “spiċċa bla sinsla.” Fil-konferenza tal-aħbarijiet li għamel fil-Parlament fil-Belt Valletta, Simon Busuttil, meta ma kellu ebda prova x’jippreżenta lill-ġurnalisti, reġa’ allega li fl-elezzjoni “nxtraw eluf ta’ voti.”
Huwa temm jgħid li dan huwa “attakk faxxist” u frame-up fil-konfront tiegħu.