Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, qal li mhux se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni għall-kap tal-Partit Nazzjonalista.
Meta kien qed jitkellem quddiem l-attivisti fil-gżira Għawdxija, Simon Busuttil qal li jifhem li hemm min iridu jibqa’ imma hu se jwarrab. Imbagħad reġa’ spjega l-proċess għalkemm ma ta ebda dati ta’ meta dan il-proċess se jibda u jitnemm.
Reġa’ tenna kif din hi l-ewwel darba li se jivvotaw it-tesserati wara li l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista jniżżel il-persuni għal tnejn.