Simon Busuttil qed juża lingwaġġ diżgustanti filwaqt li jaqbeż għal persuni madwaru akkużati b’korruzzjoni anke fil-Qorti stess u l-agħar ksur ta’ regoli mill-Awditur Ġenerali. Qal dan il-Partit Laburista b’reazzjoni għal diskors li Busuttil għamel f’Għawdex fejn fost oħrajn għajjar lill-Prim Ministru ħalliel.
“Il-Kap tal-Oppożizzjoni laħaq l-aktar livelli baxxi fil-politika meta fuq invenzjonijiet tiegħu li issa huwa ċar li m’għandu l-ebda prova dwaru, irid jibgħat lil Joseph Muscat il- ħabs,” qal il-Partit Laburista.
“Fl-aħħar 24 siegħa kieku kien Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni diġa’ ordna biex persuni li ma jaqblux miegħu jiġu arrestati u mitfgħuha l-ħabs fuq gideb iffabbrikat. Dan jikkonferma il-karattru impulsiv ta’ Simon Busuttil ilhi rajnih kemm il-darba fosthom meta qabżitlu ċ-ċinga wara li rċieva sms tad-DB u zgur li m’għandux it-temperament biex ikun taħt pressjoni u jieħu deċiżjonijiet kruċjali li jaffettwaw il-ħajja tal-familji u tan- negozji Maltin u Għawdxin,” qalet l-istqarrija.