Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, iddeskriva bħala aċċettabbli d-dikjarazzjoni tal-kandidat tiegħu, Salvu Mallia, li nhar il-Ħadd qabel il-Prim Ministru mal-pesta. “Salvu Mallia għandu mod ikkulurit kif jitkellem. Alla ħares niġġudika kif jitkellem dak u l-ieħor,” qal Simon Busuttil li meta magħfus fuq dikjarazzjoni bħal din qal li “aċċettabbli.”
“Jien kont Għawdex. Naf li fil-kuntest li qalha hija aċċettabbli,” insista Simon Busuttil fil-programm Dissett fejn iddefenda lil Viċi-Kap Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami u d-deputat tiegħu Tonio Fenech, li t-tnejn issemmew f’każi serji li ġibdu l-attenzjoni tal-midja internazzjonali.