Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, ikkonferma mal-ġurnalisti li lill-Maġistrat Aaron Bugeja ma tah ebda provi dwar il-kumpanija Egrant. Kumpanija li hu u Daphne Caruana Galizia allegaw li hi ta’ Michelle Muscat. Wara li ħareġ mingħand il-Maġistrat diversi ġurnalisti staqsew mistoqsija diretta u reġa’ qal li mhux ix-xogħol tiegħu li jfittex il-provi u saħansitra qal b’ċertu antipatija lill-ġurnalista tal-PBS: “Kemm int interessata fuq din?”
Hawn il-ġurnalisti għamluha ċara li x-xogħol tagħhom u li jistaqsu u għal dan wieġeb li dwar Egrant tkellem biss mal-Maġistrat. Għax provi ma ressaqx.