Simon Busuttil reġa’ appella lill-poplu Malti biex meta jmur jivvota ma jagħżilx bejnu u bejn Joseph Muscat, anke jekk Prim Ministru tal-pajjiż se jkun wieħed minn dawn it-tnejn.
Simon Busuttil dan irrepetih fil-jum li l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika ta’ tliet gazzetti qal li Joseph Muscat huwa fdat bil-ferm iktar minn Simon Busuttil. Fil-fatt, Busuttil kien qed jitkellem ftit tas-sigħat wara fis-Siġġiewi.
Simon Busuttil reġa’ tenna li li kien għalih din l-elezzjoni ma ġġilidiex ma’ Joseph Muscat, għax riedu jitlaq qabel.
Il-kumplament tad-diskors ta’ Simon Busuttil kien iddominat minn attakki negattivi fuq il-gvern u t-tmexxija tiegħu. Filwaqt li appella lin-nazzjonalisti biex ma jaqtgħux qalbhom.