Simon Busuttil għadu kemm qal li l-Avukat Ġenerali għandu jippubblika rapporti anke bi ksur ta’ liġi. F’konferenza tal-aħbarijiet li fiha kellu jippreżenta l-proposti tal-PN jekk ikun fil-Gvern, spiċċa jattakka l-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż mill-ġdid. Qal lill-Avukat Ġenerali li anke jekk il-liġi tgħidlu li m’għandux, għandu jippubblika rapporti li ma speċifikax x’inhuma. “Jekk mhux lest jagħmel hekk, nappella lil kwalunkwe persuna biex tgħaddi r-rapporti lili u nippubblikahom jien”. Busuttil qal li l-liġi għandha tintuża biex l-affarijiet isiru sew, filwaqt li appella lill-Avukat Ġenerali biex jieħu l-liġi b’idejh.
Gvern ġdid ma jistax jaqbad u jneħħi Avukat Ġenerali, qal Simon Busuttil, iżda esprima diżappunt qawwi fih, kemm il-darba. “Mhux jistenna sakemm jien insir Prim Ministru biex jagħmel dak li hu sewwa” qal Busuttil, filwaqt li għajru bla sinsla.