L-eks kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ma laqax it-talba li għamillu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia biex jirriżenja mill-Partit Nazzjonalista wara li l-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja kkonkludiet li l-kumpanija Egrant ma kintix tal-Prim Ministru jew ta’ martu.
Busuttil reġa’ mar fuq Facebook u qal li f’laqgħa li kellu mal-Kap tal-Partit Adrian Delia talbu jirriżenja mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Qal li wieġbu li ma jara l-ebda raġuni għax kellu jirriżenja.
Huwa allega li l-Kap Nazzjonalista ħa din id-deċiżjoni bla ma qara r-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant, li skont hu għadu lanqas biss ġie ppubblikat.
Qal li Delia jrid ineħħi lilu mill-partit u fl-istess ħin jistenna li hu jkompli jaħdem fuq l-inkjesti li għadhom għaddejjin. Qal li din hija kuntradizzjoni kbira.
Huwa qal li Delia m’għandux juża din is-sitwazzjoni biex jipprova jeħles minnu.