Għalkemm illejla huwa l-qofol tal-festi tal-Indipendenza tal-Partit Nazzjonalista, l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil mhux se jkun qed jattendi għad-diskors tal-Kap attwali Adrian Delia. ONE News huwa mgħarraf li Simon Busuttil għażel li jkun barra l-pajjiż anke jekk għan-Nazzjonalisti lejlet l-Indipendenza hu meqjus bħala jum importanti u sa sentejn ilu kien hu li jindirizza l-partitarji bħal-lejla. In-nuqqas ta’ Simon Busuttil mistenni jispikka għaliex fl-aħħar 12–il xahar ir-relazzjoni bejnu u l-kap attwali Delia marret mill-ħażin għall-agħar bil-qofol jintlaħaq dan is-sajf meta Delia talab li Busuttil jissospendi lilu nnifsu mill-grupp parlamentari. Talba li ma ntlaqgħetx, b’Delia jkollu jċedi għax iktar minn nofs il-grupp parlamentari appoġġja lil Simon Busuttil.
Tant l-affarijiet huma mħawda li lbieraħ David Casa spiċċa għamel l-iżball li sejjaħ lill-Kap tal-PN bħala Adrian Busuttil.
Intant, il-Kap ta’ qabel Simon Busuttil, Lawrence Gonzi jiftaħar li ta’ kull sena attenda għal dawn l-attivitajiet għax hemm jiċċelebra l-anniversarju ma’ martu Kate jieklu l-bebbux.