Il-Prim Ministru qal li jittama li m’hemmx xi ħadd li qed jogħrok idejh b’rapporti dwar Malta Files.
Spjega li s-sistema Maltija ta’ tassazzjoni ilha l-istess minn meta Malta daħlet l-Unjoni Ewropea. Daħlet b’unanimità u ma kienx hemm bidliet fiha f’dawn l-aħħar erba’ snin. Is-sistema Maltija tikludi arranaġament ta’ tixtrid tal-informazzjoni maqbula mal-OECD, u m’hemm xejn irregolari.
Joseph Muscat qal li hemm numru ta’ persuni qrib il-PN li se jkunu qed jistennew dawn l-istejjer.
“Mhux se nuża dan kollu biex nattakka politikament. Xogħoli hu li niddefendi lil pajjiżi. Lest li naħdem ma kulħadd biex ikollna front wieħed li tħares servizzi finanzjarji. L-oppożizzjoni kissritu dan il-consensus.”
Infatti dalgħodu stess, Simon Busuttil waħħal f’Edward Scicluna dwar il-Malta Files.
“Il-Malta Files responsabiltà ta’ Edward Scicluna” – dan qalu l-kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil waqt konferenza tal-aħbarijiet li ntemmet ftit tal-ħin ilu.
Kuntrast qawwi għal dak li qal il-Ministru Scicluna, ċioe li ż-żewġ partiti flimkien għandhom jieqfu u jaraw din l-ispin, li permezz tagħha qed issir ħsara lil pajjiżna.
Scicluna spjega li hija kwistjoni li m’għandha x’taqsam xejn mal-gvernanza tal-pajjiż, u ġajjiż membru tal-UE jista’ jkolllu xi forma ta’ xebħ ma reġim fiskali ta’ pajjiżi li huma tax havens.
Ir-reġim fiskali ta’ Malta ġie approvat mill-Kummisjoni Ewropea, fakkar Scicluna. Imkien m’hemm t ħassib dwar xi segretezza minn naħa ta’ Malta, u pajjiżna għandu l-istess rankings daqt il-Ġermanja f’dan ir-rigward.
Dan kollu għal Simon Busuttil ma jgħoddx, u flok jesprimi rieda li jiltaqa’ mal-awtoritajiet Maltin u flimkien tingħeleb din l-ispin, ipponta subajgħ lejn Ministru bħal m’huwa Edward Scicluna u b’ton li jagħti x’jifgħem li qed jieħu pjaċir, m’esprima ebda kundanna lejn dawn l-ispins.