Il-Kap tal-Oppożizzjoni ddikjara li meta jkun hemm Parlament li qed jiltaqa’, il-Ministri u l-membri parlamentari m’għandhomx isiefru biex jirrapreżentaw lil pajjiżna fuq xogħol uffiċjali.
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li huwa l-istess Kap tal-Oppożizzjoni li ħatar bħala shadow Ministers żewġ membri Parlamentari Ewropej li qatt ma jkunu l-Parlament.
Li kieku dak li qed jgħid Simon Busuttil iseħħ, pajjiżna aktarx jispiċċa mhux rappreżentat f’uħud mill-aktar laqgħat importanti tal-Unjoni Ewropea.
Il-Partit Laburista żied li l-perjodu sfortunat tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni jidher li qed iwassal lil Busuttil biex saħansitra jinsa l-affarijiet l-aktar bażiċi li kien jaf meta kien membru tal-Parlament Ewropew, fosthom l-importanza li pajjiż ikun rappreżentat fl-ogħla livell f’ laqgħat bħal dawn.
Jidher li tant kemm Simon Busuttil sar parti mill-elite, li lanqas qed jirrealizza l-aktar affarijiet bażiċi.