Il-Kap tal-Oppożizzjoni kuntent iħalli l-isptar St Luke’s abbandunat, l-isptar Karen Grech mitluq u lill-Għawdxin jingħataw servizz tas-Serie B. Iżda dan il-Gvern għandu viżjoni għal pajjiżna u għandu viżjoni għall-qasam tas-saħħa. Kull sptar f’pajjiżna għandu jagħti lil kull Malti u Għawdxi servizz tal-għola livell f’post xieraq u dinjituż. Il-Partit Laburista fil-Gvern irid li pajjiżna jkollu servizz tas-saħħa tas-Serie A.
Dan qalu l-Ministeru tas-Saħħa fi stqarrija. Il-Ministeru nnota li llum għal darb’oħra l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, ammetta li hu ma kienx imur għal kuntratt li se jara investiment ta’’l fuq minn €200 miljun f’dawn it-tliet sptarijiet.
Il-verità hi li Gvern Laburista żamm kelmtu u ppubblika l-kuntratti kollha iffirmati bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare.
Għal darb’oħra Simon Busuttil qiegħed ibeżża’ lill-ħaddiema bil-babaw. Iżda jipproteġi lill-ħaddiema m’hemmx biss dan il-kuntratt, iżda żewġ kuntratti oħra li ġew iffirmati ma’ tnejn mill-unions li jirrapreżentawhom, il-GWU u l-MUMN. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema ma jistgħux jinbidlu mingħajr il-kunsens tal-union u se jkun il-Gvern bħala l-employer tal-ħaddiema li se jinnegozja mal-unionsftehim kollettiv, meta jasal iż-żmien li dak eżistenti jiġġedded.
Il-verità hi li l-poplu Malti u Għawdxi jistħoqlu servizz tas-saħħa f’ambjent aktar dinjituż minn dak li kien hemm sal-lum f’San Luqa, f’Karen Grech u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Dan il-Gvern minflok għamel bħal ta’ qablu u ħalla dawn l-isptarijiet jkompli jitmermru se jagħti ħajja ġdida lil dawn l-isptarijiet biex b’hekk ikunu jistgħu joffru servizz aħjar lill-pazjenti Maltin u Għawdxin.