Simon Busuttil bħala Prim Ministru jneħħi l-ftehim mal-Vitals li se jbiddel l-isptar t’Għawdex u jġibu wieħed state of the art.
Dan qalu ftit ilu f’Għawdex, fejn kien ikkonfrontat bil-fatt li l-Professur Albert Fenech, sa ftit ilu kandidat fuq il-lista tal-PN, ikkonferma li bil-ftehim mal-Vitals l-Għawdxin ikollhom servizz tas-saħħa eċċellenti.
Intant wara xhur ibeżża lill-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex li se jipperikolaw xogħolhom, Busuttil kellu jammetti li l-ħaddiema tal-Vitals se jkun qed iħallashom il-Gvern.
Baqa’ ma weġibx lanqas kemm irid idum jgħix bniedem b’Għawdex biex jieħu l-għaxart’elef. Qal biss li wieħed ma jistax jaqbad u jaqleb l-ID card fuq Għawdex u jieħu l-flus, imma lanqas m’hemm xi ammont minimu ta’ kemm trid iddum tgħix hemm biex tieħu dawn il-flus.
Intant Busuttil preżenta proposti bħal ngħidu aħna li jimmodernizza d-djar tal-anzjani f’Għawdex. Dan meta l-unika waħda li hemm qed tinbeda u bdiet tinbena minn Parit Laburista mill-Gvern.
Fl-2012 meta Simon Busuttil kien Viċi Kap tal-Partit fil-Gvern, statistika uffiċjali kienet tindika li l-ġid nazzjonali f’Għawdex żdied bi €3.6 miljun. Fl-2015 il-ġid nazzjonali zdied b’€35 miljun. Jiġifieri taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat il-ġid nazzjonali f’Għawdex żdied 10 darbiet iż-żieda meta kien hemm Simon Busuttil Viċi Kap tal-Partit fil-Gvern.
Fl-2012 kien hemm żieda ta’ 201 impjieg f’Għawdex ghall-Għawdxin. Fl-2015 kien hemm żieda ta’ 675 impjieg f’Għawdex għall-Għawdxin. Jiġifieri taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat kien hemm tlett darbiet aktar impjiegi f’Għawdex għall-Għawdxin.
Fl-2012 in-numru ta’ nies jirreġistraw f’Għawdex żdied bi 12. Fl-2016 kien hemm tnaqqis ta’ 72 persuna tfittex xogħol. Taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat in-numru ta’ persuni jirreġistraw f’Għawdex waqa taħt 500, l-anqas livell mindu bdiet tinġabar l-istatistika f’Ghawdex.
Fl-2012 in-numru ta’ passigieri li ghamlu t-traġitt bejn Malta u Għawdex kien naqas bi 32,000. Fl-2016 kien hemm żieda ta’ kważi 400,000 passiġġier li għamel it-traġitt bejn Malta u Għawdex.