Filwaqt li jibqa’ jinsisti li ma jkunx investigat mill-Kummissjoni Elettorali dwar l-iskandlu Pagi PN, il-Partit Nazzjonalista ħabbar li talab lill-Qorti biex tiddetermina il-ksur tal-Kostituzzjoni. Biex żgur ma jkunx investigat mill-Kummissjoni Elettorali, qed jgħid li l-investigazzjoni mill-istess Kummissjoni tikser id-drittijiet fundamentali.
Għadu ma waqafx jispjega għaliex biddel fehemtu dwar li l-Kummissjoni Elettorali tinvestigah, kif tista’ tara mir-rispons tiegħu dalgħodu.
Minkejja din l-imġieba, fl-istqarrija li bagħat ftit tal-ħin ilu, il-Partit Nazzjonalista insista li huwa miftuħ għal kull proċess investigativ.