F’rikors li tressaq dalgħodu fil-Qorti, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil talab lill-Qorti tal-Maġistrati biex tinfetaħ inkjesta kriminali dwar iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.
Dan b’rabta mal-ftuħ ta’ kumpanija fil-Panama.
Simon Busuttil qal li l-elezzjoni ġenerali ma jfissirx li l-ġustizzja m’għandiex issir u r-rikors ġie preżentat mix-Shadow Minister tal-Ġustizzja Jason Azzopardi u l-Avukat Kris Busietta.