L-eks Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qal li mhux se jirriżenja għax skont hu mhux responsabbli għal gidba ta’ Egrant. Biex jiddefendi ruħu qal li bilfors kellu jitkellem meta ħarġu l-allegazzjonijiet. Għalkemm il-verità hi li hemm bosta dikjarazzjonijiet fejn fihom qal li kien ċert l-kumpanija tal-familja Muscat.
Biex jgħid li mhux se jirriżenja Simon Busuttil qal li l-inkjesta ma kinetx biex twieġeb jekk Egrant hix tiegħu u
F’post fuq facebook wara li evita li jwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti wiċċ imbwiċċ, Busuttil żied li għandu jiġi pubblikat ir-rapport kollu. Xi ħaġa li kien diġa’ qalha l-Prim Ministru iktar kmieni matul il-jum.
U biex jirbaħ il-ħin qal li mhux se jikkummenta qabel isir dan anke jekk deher ċar x’inhuma l-konklużjonijiet.
Imbagħad inqabad f’kontradizzjoni. Żied li mhix imwieġba l-mistoqsija ta’ min hi Egrant. Għalkemm iktar tard qal li hi ta’ Brian Tonna, kif fil-fatt għid l-inkjesta. Fl-aħħar nett Simon Busuttil żied jgħid li jrid jistenna inkjesti oħra fuq nies oħra. Anke jekk din hija l-uniku waħda fuq Egrant u sabet b’mod ċar li l-akkuża li din ta’ mart il-Prim Ministru kienet falza mill-bidu sal-aħħar.