Stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista tgħid kif llum il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil reġa’ għat-tieni darba rrifjuta li jixhed fil-Qorti f’kawża ta’ libell li għandu għax ried “jipprepara” iktar dwar l-allegazzjonijiet li għamel sena ilu dwar iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru.
Huwa ċar li l-Kap tal-Oppożizzjoni lest iħammeġ, imma meta mitlub jipprova l-allegazzjonijiet tiegħu fil-Qorti jirrifjuta. Fil-Qorti saħansitra Simon Busuttil talab li Keith Schembri biex jagħtih id-diskors malafamanti li għamel hu stess għamel sabiex ikun jista’ jipprepara ruħu, sostna hekk il-Partit Laburista.
L-istqarrija tememt tgħid li Simon Busuttil għandu ħsieb wieħed biss, li jgħajjar biex jifred lill-poplu. Imma mbagħad meta jintalab iressaq il-provi, jirrifjuta u jaħrab.