Artiklu li deher fil-gazzetta ‘Kulħadd’ qanqal reazzjoni mix-shadow Minister Claudio Grech, li fetaħ proċeduri ta’ libell fil-Qorti kontra l-Prim Ministru, kontra l-gazzetta u kontra ‘kull min qiegħed jiprova jaqleb il-verità tal-fatti’.
Iżda l-Partit Laburista innota li l-akkużi kontra Claudio Grech qegħdin f’affidavit fil-Qorti ta’ Malta.
L-akkużi saru kemm-il darba u qatt ma ġew miċħuda. Lanqas ġew miċħuda fl-istqarrija ġenerika ta’ Claudio Grech li se jkollu ħafna xi jwieġeb quddiem il-Qorti.
L-ikbar skandlu ta’ korruzzjoni politika ppruvata għadu f’ħoġor Simon Busuttil u mhu jagħmel xejn dwaru. Busuttil huwa politikament responsabbli minn Claudio Grech, stqarr il-Partit Laburista.