Il-Kap tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista Simon Busuttil qal li ħa gost ħafna bid-deċiżjoni tal-Partit Popolari Ewropew li qal li se jivvota kontra Leo Brincat meta fil-Parlament Ewropew tittieħed deċiżjoni dwar in-nominat Malti għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Kif jidher fil-filmat, ma kienx Busuttil biss li ħa gost, iżda anke partitarji Nazzjonalisti li kellu quddiemu…l-istess partitarji li fl-aħħar jiem ċemplu għal jum wara l-ieħor fuq Radio 101, jappellaw lill-MEPs Nazzjonalisti biex jivvotaw kontra n-nominat Malti.
Issa deher biċ-ċar li għal darb’oħra, Simon Busuttil kien fuq in-naħa tal-estremisti li għalihom il-Partit Nazzjonalista jiġi qabel il-pajjiż.