Stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista qalet li d-Deputat Nazzjonalista Simon Busuttil għandu problema ċara ta’ paranoia meta huwa ovvju li kull informazzjoni li tista’ tingħadda minn awtoritajiet barranin, tiġi mgħoddija lill-Maġistrati relevanti.
L-Onorevoli Busuttil għandu jieħu din l-okkażjoni biex jipprova jwieġeb dak li ilu jaħrab minnu, jiġifieri li jekk jinstab li l-akkużi li għamel u li ilu jirkeb fuqhom jinstabu li huma foloz, jirriżenja minn kull kariga li għandu.