“Id-differenza bejn dan il-Gvern u l-Oppożizzjoni hija li l-inkjesti u r-rapporti ma jħallihomx fuq l-ixkaffa jaqilgħu t-trab, imma fuqhom jittieħdu d-deċiżjonijiet.” – Partit Laburista
Il-Partit Laburista fi stqarrija qal li flok jattakka inkjesta li qed tkun analizzata mill-Prim Ministru kif għandu jkun u mhux kif kien isir qabel, Simon Busuttil missu jitkellem u jaġixxi fuq inkjesta li ilha ppubblikata dwar Beppe Fenech Adami fejn fiha qed jintqal li investigazzjoni waqfet kif ħareġ ismu flok isemmi inkjesta oħra li qed tkun analizzata.
M’hemmx dubbju li l-Prim Ministru se jippubblika l-inkjesta kif diġa’ qal.
Il-mistoqsija hija jekk Simon Busuttil hux se jippubblika l-invoices foloz? M’hemmx dubbju li l-falsità tal-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandha l-ebda limitu.