Minkejja li issa ilu aktar minn sena għaddej b’kampanja jallega l-affarijiet, sal-llum stess f’konferenza tal-aħbarijiet li sejjaħ f’paniku wara d-dibattitu fuq Xarabank, tant li lbieraħ spiċċa biex qal li huwa sekondarju ta’ min hi Egrant. Simon Busuttil baqa’ ma ppubblikax prova waħda, għax dawn il-provi ma jeżistux. Busuttil tant jinsab f’paniku li spiċċa żbalja anke fatti bażiċi.
Il-Partit Laburista spjega li sal-bieraħ Busuttil kien qed jgħid li kien hemm bagalja fiha s-suppost provi minn ġo safe, iżda llum isir magħruf li dan is-safe qatt ma eżista u l-verżjoni nbidlet lis-suppost provi tneħħew sena ilu meta xorta baqgħu jingħataw verżjonijiet differenti.
L-istqarrija tal-Partit Laburista qalet li issa li Busuttil inqabad li qed jigdeb qed jattakka inkjesta li qed isir minn Maġistrat inkwerenti, kif jagħmel kull darba li istituzzjoni ma ddoqx id-diska tiegħu, fl-istess ħin li seħbitu meta mitluba tmur tixhed, ma marritx għax ma tistax tidokumenta l-gideb tagħha.
Simon Busuttil għandu jieqaf jigdeb u jerfa’ r-responsabbiltà tal-kampanja qarrieqa li qed isir fil-konfront tal-Prim Ministru ,martu u uliedu. Kampanja li qed iġib l-istmerrija ta’ kulħadd.