Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li għal Simon Busuttil, huwa aċċettabbli li kandidat tiegħu, Salvu Mallia, li qed jimbuttah b’ saħħa, jirreferi għal Adolf Hitler b’mod pożittiv u ddeskrivih bħala “progressiv”.
Dan il-kandidat stilla tal-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil, għażel li jitkellem b’ mod pożittiv dwar dittatur li kien responsabbli minn uħud mill-akbar ġenoċidji u atroċitajiet fl-istorja tal-umanità.
Il-fatt li Simon Busuttil baqa’ sieket wara dikjarazzjoni bħal din huwa ta’ inkwiet mhux biss għall-Partit Nazzjonalista iżda għall-pajjiż.