F’Għawdex Simon Busuttil sellem lil ħadd ħlief Giovanna Debono, li qal ‘għamlet xogħol kbir għal Għawdex’.
Ir-raġel tal-eks Ministru jinsab akkużat li x-‘xogħol kbir’ li kienet tagħmel Giovanna, kienet tagħmlu għal nies privati, minn but in-nies. L-eks Ministru u żewġha saru wiċċ familjari mal-Qorti t’Għawdex, għaliex Anthony Debono huwa akkużat li kien imexxi dipartiment importanti taħt il-Ministeru, fi żmien li martu kienet Ministru. Kien imexxi dan id-dipartiment b’ċertu awtonomija u lil hinn mir-regoli stabbiliti li Diretturi f’dipartimenti oħra kienu jsegwu.
Dawn l-aħħar xhur tressqu persuni l-Qorti, li huma lkoll nies li allegatament gawdew mix-xogħol li Debono bagħat ħaddiema tal-Gvern jagħmlu fil-privat, f’dak li hu meqjus bħala wieħed mill-ikbar skandli politiċi.
Minkejja dan, Busuttil qal li ‘l-Partit Nazzjonalista jiġi Għawdex b’wiċċu minn quddiem’.