Fil-jum li l-Partit Nazzjonalista beda jgħażel Kap ġdid Simon Busuttil uża twitter biex tella’ ritratt tiegħu mal-partitarji tal-Partit Nazzjonalista u bagħat messaġġ.
Tlett ijiem wara li qal li Adrian Delia kellu jirtira mit-tellieqa għaliex l-allegazzjonijiet dwaru huma “serji” u “gravi” Simon Busuttil kiteb li l-futur tal-Partit Nazzjonalista issa huwa f’idejn il-kunsillieri.
“Illum il-ġejjieni tal-Partit Nazzjonalista huwa fl-idejn tajba tal-kunsillieri tal-partit. Jien ċert li se jivvotaw bl-interess tal-partit f’moħħhom,” kiteb Busuttil f’messaġġ ċar speċjalment meta wieħed iqis dak li seħħ fl-aħħar jiem.