Skomdu bil-leaks kontinwi mid-Dar Ċentrali, Simon Busuttil iltaqa’ mal-ogħla uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista f’lukanda fil-Furjana.
Iżda anke dan it-tagħrif waslilna mill-ogħla organi tal-Partit Nazzjonalista biex illejla ONE NEWS ikun qed jiżvela iktar fil-bulettin tas-19.30.
Il-laqgħat tal-lum damu għaddejin sigħat u qed isiru lejliet grupp parlamentari urġenti. F’dawn il-laqgħat, Simon Busuttil qiegħed iwebbel lill-esponenti tal-Partit Nazzjonalista li l-elezzjoni ġenerali tista’ tkun ġejja dalwaqt u għalhekk mhux mument li l-Partit Nazzjonalista ma jkunx magħqud.
Aqra aktar:
ESKLUSSIVA: Fil-PN jissejjaħ grupp parlamentari b’urġenza
Wara nofs siegħa kkonfermaw l-aħbar esklussiva ta’ one.com.mt