Simon Busuttil għandu kumpaniji li nħolqu biex jiggwadanjaw minn kuntratti mal-Gvern. Sa llum il-ġurnata, il-Kap tal-Oppożizzjoni għadu shareholder, u għal żmien kien direttur ukoll. Jiġifieri jgawdi mill-frott li jagħmlu dawn il-kumpaniji.
Il-kumpaniji li tagħhom Busuttil huwa shareholder kellhom interessi f’oqsma differenti. Inkluż fiż-żibel.
Dan żvelawh il-Minsitru Edward Zammit Lewis u s-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri meta inidirizzaw konferenza tal-aħbarijiet.
Il-kumpaniji, li għandhom l-isem “GS”, ġabu opinjonijiet kwalifikat minn kumpaniji tal-awditjar. Dan anke sa sentejn ilu, meta Busuttil kien Kap tal-Oppożizzjoni.
Allura joħroġ biċ-ċar li Simon Busuttil huwa falz meta jitkellem fuq trasparenza. Politiku li sar sinonimu mal-fasità u l-ipokrezija.