Jidher li l-kliem tal-Kap tal-Oppożizzjoni kontra Malta fuq TGcom fl-Italja ma tantx wasal ‘il bogħod.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu jinsab fi triqtu lejn Firenze fejn flimkien mal-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi se jkun qed jagħlaq konferenza organizzata mill-European University Institute ta’ Firenze.
Il-konferenza tal-Universita’ Ewropea lbieraħ kienet indirizzata mill-President tal-Kunsill Ewropew, mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz.
Is-sessjoni tal-għeluq mal-Prim Ministru Malti bit-titlu ‘Minn Ruma sa Lisbona u ‘il quddiem’ se tkun immexxija mill-President tal-European University Prof Weiler u l-editur tal-Financial Times Tony Barber. Matteo Renzi se jagħlaq din is-sessjoni u l-konferenza fil-preżenza ta’ Joseph Muscat.