Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qed jinsisti li l-Imħallef Antonio Mizzi ma jismax l-appell dwar jekk għandiex issir inkjesta maġisterjali dwar iċ-ċhief of staff tal-Prim Ministru u l-Ministru għat-Turiżmu.
Dan wara rikors ieħor li għamel hu biex Maġistrat jinvestiga l-istess allegazzjonijiet li diġa’ qed jinvestigaw Maġistrati oħra.
Skont Busuttil dan m’għandux isir għax mart l-Imħallef Mizzi hija l-Membru tal-Parlament Ewropew Marlene Mizzi.
Din id-dikjarazzjoni ġabet il-kundanna tal-Kamra tal-Avukati iżda Simon Busuttil wieġeb billi qal li huwa naturali li wieħed jitlob li l-Imħallef m’għandux jiddeċiedi dan l-appell.
Fil-fatt, il-Kap tal-Oppożizzjoni preżenta żewġ talbiet biex dan l-appell jinstema’ b’urġenza u qal li se jkun qed jagħmel talba formali skont il-liġi biex dan l-appell ma jinstemax mill-Imħallef li bħalissa tinsab quddiemu.
Din mhix l-ewwel darba li l-Partit Nazzjonalista ried jibdel ġudikanti, għax ma jkunx għoġbu.
Segwu dan is-servizz.