Imdawwar b’fatti ċari t’abbuż ta’ poter u ksur ta’ liġi ppruvati mill-qorti, Simon Busuttil qed jibqa’ lura milli jpoġġi dak li jippriedka dwar politika onesta fil-prattika.
Meta kien qed jirreferi għall-każijiet skandalużi ta’ esponenti nazzjonalisti waqt intervista fuq ONE Radio, il-Prim Ministru identifika l-ipokrezija tal-kap tal-Oppozizzjoni.
https://www.youtube.com/watch?v=7PGCKoP0nsI
Muscat stqarr li d-double standards ta’ Simon Busuttil, huma inkwetanti għal xi ħadd li qed jaspira li jsir Prim Minsitru.
https://www.youtube.com/watch?v=lGB47b0MLu4
L-ipokrezija ta’ Simon Busuttil ma toħroġx biss fl-attitudni tiegħu man-nies ta’ madwaru iżda tidher ukoll meta, għal skopijiet partiġġjani, jipprova jgerrex investiment li jgawdi minnu l-poplu Malti kollu. Dan b’gideb li l-anqas id-deputati tiegħu stess ma felħu.
https://www.youtube.com/watch?v=eatMT5MUD3o
Kien hawn li fakkar kif permezz ta’ dan il-proġett ta’ mitejn miljun ewro fil-qasam tas-saħħa se jkun hemm sptar ġdid f’Għawdex, f’San Luqa u Karin Grech mingħajr ma’ l-gvern iħallas spejjeż kapitali.
https://www.youtube.com/watch?v=iWJRe2SiL9c