F’intervista ta’ għoxrin minuta, Simon Busuttil kien mistoqsi dwar bosta suġġetti u x’jagħmel meta jkun Prim Ministru – fost oħrajn kif se jara li jitwettaq il-manifest elettorali. Pjuttost evażiv, Busuttil qal li biex ikun implimentat se jagħmel mezz li jkollu kopja tal-manifest fuq kull skrivanija.
Fuq kollox, Busuttil kien mistoqsi jekk għandux jiskuża ruħu ma persuni LGBTIQ, li astjena meta ġie biex jivvota sabiex dawn jingħataw id-drittijiet li jistħoqilhom.