Fid-diskors tiegħu fil-Każin Nazzjonalista ta’ Raħal Ġdid Simon Busuttil infexx f’attakk sfrenat lejn l-istituzzjonijiet kollha b’ mod partikolari lejn il-Korp tal-Pulizija. Busuttil iddeskriva lill-Membri tal-Korp tal-Pulizija huma pupazzi, u prova jqajjem diversi dubji dwar l-integrita’ tal-Korp tal-Pulizija.
Huwa kompla b’attakk fuq l-Aġent Kummissarju ġdid Lawrence Cutajar fejn huwa ddeskrivih bħala bniedem mhux kapaċi u mhux serju.
https://youtu.be/rso34P60lb0
Busuttil kompla l-attakk tiegħu fuq istituzzjonijiet li f’ diversi każi differenti kienu taw raġun lill-Gvern.
Minkejja lill-proċess demokratiku tal-Parlament dwar il-kaz tal-Panama fejn l-ebda mill-voti ta’ sfiduċja fil-Gvern u fil-Ministru Konrad Mizzi m’għaddewx, Busuttil qal li xorta waħda mhux se jieqaf hawn hekk.
B’ vot ta’ sfiduċja fil-Gvern mressaq mill-Opozizzjoni Nazzjonalista fl-aħħar ġimgħat, il-Whip Nazzjonalista David Agius qal li kienet biss Opozizzjoni Laburista li kienet tressaq il-voti ta’ sfiduċja.
Fl-istess attivita’ tkellmet ukoll is-‘Shadow Minister’ tas-Saħħa Claudette Buttigieg li quddiem ftit għexieren ta’ Nazzjonalisti f’Raħal Ġdid li hija ddeskriviet bħala bejta tal-laburisti hija qalet lill-Isptar Mater Dei huwa ġojjell bla problemi ta’ Gvern Nazzjonalisti , iżda fl-istess sentenza hija qalet li dan il-Gvern mhuwiex kapaċi jsolvi l-problemi li sab f’ Mater Dei.
https://youtu.be/alrDj-BsDy0