Għal Simon Busuttil, huwa minħabba t-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat li l-Partit Nazzjonalista għadu jistenna żewġ siġġijiet fil-Parlament.
F’intervista fuq ir-Radju tal-Partit Nazzjonalista, Busuttil, f’attakk indirett lejn il-Qorti, jemmen li l-Partit Nazzjonalista missu ilu li ingħatawlu dawn is-siġġijiet. Dan mingħajr ma’ Busuttil ta ebda kunsiderazzjoni għall-proċeduri tal-Qorti, u l-kunċett ta’ proporzonalità, jiġifieri li n-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament bħalissa jirrifletti d-distakk ta’ voti fl-aħħar elezzjoni.L-istess Busuttil li għandu sett ta’ standards għalih, u ieħor għall-oħrajn, bl-iskuża li jrid inaddaf il-politika, tenna li jiġri x’jiġri, se jibqa’ għaddej.
Issa, wara attakk wara l-ieħor fuq il-Korp tal-Pulizija, u wara li l-Partit Nazzjonalista fi żmien Gvern Preċedenti għamel fattih, Busuttil qed jippretendi li l-ħatra ta’ Kummisarju tal-Pulizija issir biss bl-approvazzjoni tiegħu.
Tkellem ukoll dwar it-traffiku, u qal li l-miżuri proposti short-term mill-Partit Nazzjonalista intlaqgħu tajjeb. Proposti short-term li ħadu seba’ x-xhur biex waslu, u li fil-parti l-kbira huma kkupjati, b’numru diġa qegħdin jitwettqu minn dan il-Gvern.
Dwar l-attakki ta’ Busuttil, u n-nuqqas ta’ referenza għall-każ ta’ Tonio Fenech, irreaġixxa l-Partit Laburista li qal li irid ikollok ġilda qoxra biex fil-jum li l-iktar esponent qrib tiegħek fix-shadow Cabinet – Tonio Fenech – ikun għaddej investigazzjoni internazzjonali, inkluż mill-Pulizija fl-Isvezja, dwar frodi fuq fond tal-pensjonijiet fl-Isvezja, Simon Busuttil joħroġ jitkellem dwar governanza u standards u jgħajjar lil ħaddieħor. Wasal iż-żmien, tenna l-Partit Laburista, li Busuttil iħares madwaru flok moħħu f’ħaddieħor.