Kmieni dalgħodu, ġew sparati tmieni missili mill-forzi Russi fuq il-binja taċ-Ċentru Internazzjonali taż-Żamma tal-Paċi u s-Sigurtà li jinsab viċin bażi militari f’Lviv, li huwa 25 kilometru biss ‘il bogħod mill-fruntiera bejn l-Ukrajna u l-Polonja.
Dan filwaqt li madwar numru ta’ bliet Ukreni nstemgħu s-sireni jdoqqu bi twissija ta’ possibbilment attakki mill-ajru.
F’rapporti oħra, jidher li l-militar Russu qed jagħmel progress fl-avvanz lejn il-kapitali Ukrena Kyiv, filwaqt li s-sitwazzjoni f’Mariupol hija waħda kritika, fil-fatt, forzi Russu sparaw fuq moskea li fil-mument kien hemm mat-80 persuna inkluż tfal.