Wara diversi jiem t’osservazzjoni minn membri mill-Iskwadra tal-Criminal Intelligence Unit fi ħdan ilKorp tal-Pulizija, ġie arrestat Bulgaru ta’ 30 sena li jismu Veselin Dimov Dimitrov.
Ir-raġel kien arrestat fuq bażi ta’ Mandat t’Arrest Ewropew maħruġ f’ismu. Huwa kien qed jiġi mfittex f’pajjiżu fuq diversi reati, fosthom fuq ħsara u distruzzjoni, ġrieħi lill-terzi, offiżi kontra l-ordni u l-paci pubblika, fost oħrajn.
Il-Criminal Intelligence Unit jagħmel parti mill-grupp ENFAST, li huwa responsabbli li jintraċċa u jarresta persuni maħruba. Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.