Raġel Bulgaru ta’ 50 sena, safa ferut waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Tal-Ibraġ, is-Swieqi. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li waqgħu xi ċangaturi fuq ir-raġel.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.