Bulgaru ta’ 54 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza.
Il-każ seħħ l-Erbgħa għall-ħabta tas-5:45 ta’ filgħodu fi Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li l-Bulgaru ntlaqat minn karozza ta’ tip Opel Astra li kienet misjuqa minn raġel ta’ 68 sena mir-Rabat, Għawdex.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħadu lill-vittma l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.