Bulgara ta’ 32 sena tressqet il-Qorti wara li serqet ġojjellerija mingħand koppja li tawha saqaf fuq rasha.
Fil-Qorti ħareġ kif il-Bulgara iġġieldet minn mas-sieħeb tagħha u ma kelliex fejn tgħix aktar. Fil-ġlieda hija heddet lis-sieħeb tagħha u xeħtitlu anke xi oġġetti. Konsegwenza ta’ hekk il-Bulgara spiċċat ma kelliex fejn toqgħod.
Kien grazzi għal koppja li tawha saqaf fuq rasha izda ftit wara dawn bdew isibu ġojjelerija nieqsa.
Il-Bulgara ammetiet l-akkuzzi fil-konfront tagħha. Il-Maġistrat sab lill-mara ħatja u kkundannaha sitt xhur ħabs li ġew sospiżi għal sentejn.
Kif ingħatat s-sentenza, il-Bulgara qalet li fil-jiem li ġejjin se titlaq minn Malta u mhux se terġgħa tirritorna lura.