Bulgara ta’ 26 sena mressqa l-Qorti akkużata b’serqa u kompliċitá f’serqa oħra, inżammet fil-kustodja tal-Pulizija, minkejja li wieġbet mhux ħatja, wara li l-Maġistrat Francesco Depasquale rrifjuta t-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Elenka Staneva, li taħdem bħala fattiga u babysitter f’pajjiżna, dehret il-Qorti f’qagħda xejn tajba, qed tkun akkużata li f’Ottubru li għadda, serqet il-kartiera ta’ mara anzjana minn ħanut fil-Belt u għenet f’serqa oħra simili. Minkejja li fil-kartiera kien hemm biss €80, il-Bulgara pruvat tuża l-card biex tiġbed €350 minn ATM. Hija nqabdet tagħmel dan fuq CCTV.
Il-Prosekuzzjoni ma qablitx mal-ħelsien mill-arrest peress li Staneva m’għandha l-ebda rabta ma’pajjiżna u indirizz fiss. Liema argument kien milqugħ mill-Maġistrat.