Raġel li bagħat bukkett fjuri lil mara li kellu infatwazzjoni lejha, jispiċċa fl-inkwiet minħabba li skont ordni tal-Qorti ma setax jikkuntatja lill-mara.
Il-Maġistrat Ian Farrugia qal li r-raġel kiser l-orndni tal-Qorti b’mod sottili għaliex l-ordni tal-Qorti kienet li r-raġel ma seta’ bl-ebda mod jagħmel kuntatt mal-mara.
L-Ispettur Jonathan Ransley li qed imexxi l-prosekuzzjoni qal li fl-aħħar ġranet, ir-raġel ċempel lil ħu l-mara 12-il darba biex jitlob maħfra.
Ir-raġel ta’ 30 sena, li ismu ma jistax jixxandar minħabba kundizzjonijiet ta’ saħħa nstab ħati s-sena l-oħra li kien qed isegwi l-mara u l-qraba tagħha. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest u kellu ordni li ma jagħmel l-ebda tip ta’ kuntatt mal-mara.
Għall-akkużat dehret l-avukat Gianella de Marco. Ir-raġel wieġeb ħati għal akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti qegħditu 3 snin taħt ordni ta’ probabtion.