Bugħaddasa tinsab f’qagħda kritika wara sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qiegħda fil-Bajja tad-Dwejra, limiti ta’ San Lawrenz, f’Għawdex.Il-Pulizija kif ukoll team mediku marru immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ jidher li bugħaddas mara ta’ nazzjonalità Ġermaniża ta’ 52 sena, sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet ftit ‘il barra mid-Dwejra. Minn aktar stħarriġ irriżulta wkoll li l-mara ddaħlet lejn ix-xatt permezz ta’ dgħajsa sabiex tingħata l-assitenza medika.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P Coppini LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.