Bugħaddas Pollakk ta’ 51 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f’diffikultà fl-inħawi tal-Bajja tax-Xatt l-Aħmar, f’Għajnsielem.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinharu kellu jiddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana, li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin biex tiġi stabbiltà d-dinamika tal-każ.