Bugħaddas Ingliż ta’ tnejn u sittin sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħodos fl-inħawi taċ-Ċirkewwa.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ wara nofshinhar, fejn ir-raġel ittella’ fuq l-art minn bugħaddasa oħra.
Immedjatament fuq il-post waslet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ftit wara ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda serja.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras li ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.