Ġermaniż ta’ 59 sena mill-Mellieħa ddaħħal l-isptar wara li sab diffikultà waqt li kien qed jogħdos fiċ-Ċirkewwa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-9:40 ta’ dalgħodu meta l-bugħaddas sab diffikultà fil-baħar.
Ir-raġel telgħa fuq il-blat, fejn tim mediku ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.