Għall-ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu il-Pulizija kienu nfurmati li bugħaddas sab ruħhu f’diffikulta’ ġewwa l-Bajja tax-Xwejni, limiti ta’ Marsalforn.
Il-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat (Għawdex) marru fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari sabu li minn grupp ta’ tmien bugħaddasa, wieħed minnhom sab ruħhu f’diffikulta’ u ttella fuq l-art minn wieħed mill-bugħaddasa stess. Fuq il-post issejjħet ambulanza sabiex tagħti l-assistenza lill-vittma peress li deher mitluf minn sensih. Wara li ngħata l-ewwel għajnuna l-vittma, raġel Ġermaniż ta’ 78 sena, ittieħet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex iżda sfortunatament tilef ħajtu.