Bugħaddas sab ruħu f’diffikulta’ fil-bajja tax-Xatt l-Aħmar, f’Għajnsielem Għawdex għall-ħabta tat-3.30pm.
Il-Pulizija marru fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li waqt li grupp ta’ bugħaddasa kienu qed jogħddsu, wieħed minnhom sab ruħu f’diffikultà u ttella’ l-art, fejn ingħata l-ewwel assistenza minn sħabu l-bugħaddasa.
Il-bugħaddas, li iżjed tard ġie identifikat bħala Franċiż ta’ 53 sena, ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura, aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr P. Coppini LL.D ġie nfurmat rigward dan il-każ u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.