Bugħaddas jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f’diffikultà fil-baħar f’Għajsnielem.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza minħabba li kien hemm persuna li tinsab f’diffikultà fil-baħar fl-inħawi ta’ Ras il-Ħobż, f’Għajnsielem.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex marru minnufih fuq il-post fejn sabu lill-bugħaddas; Ġermaniż ta’ 53 sena, fuq l-art wara li ttella’ mill-baħar minn xi nies li kienu miegħu.
Huwa mill-ewwel beda jingħata l-assistenza medika u ambulanza ħaditu l-isptar għall-aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li jinsab f’kundizzjoni serja.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.