F’aħbar li għadha kemm daħlitilna, bugħaddas Ġermaniż ta’ sebgħa u sittin sena tilef ħajtu traġikament wara li sab diffikultà fil-baħar fl-inħawi tax-Xatt l-Aħmar, Għajnsielem.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u kwart tal-lejla.
Il-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex marru minnufih fuq il-post fejn sabu lill-bugħaddas fuq l-art wara li ttella’ l-baħar minn xi nies li kienu fil-post.
Huwa mill-ewwel beda jingħata l-assistenza medika iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.