Id-Direttur Ġenerali tal-Assoċċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem (-MEA) Joe Farrugia,qal li l-Budget ippreżentat illum kien xprunat minn deċiżjonijiet fundamentali.
Huwa nnota li l-aktar deċiżjoni importanti għall-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin kienet l-għajnuna biex tilqa’ għaż-żieda tal-prezz tal-enerġija.
Joe Farrugia stqarr li dawn id-deċiżjonijiet wasslu biex l-inflazzjoni f’pajjiżna baqgħet taħt is-sebgħa fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.
Qal, “Aħna qed naraw illi dan il-Budget huwa bbażat fuq ftit deċiżjonijiet fundamentali. Allura, minkejja l-fatt illi l-Ministru qed iħabbar ħafna miżuri żgħar, imma naħseb l-aktar ħaġa importanti f’dan il-Budget huwa li l-Gvern daħal għall-piżijiet tal-enerġija u taċ-ċereali fuq l-ekonomija u b’hekk allura rnexxielu li flok għandna inflazzjoni għolja ħafna, żammha din is-sena taħt is-sebgħa fil-mija. Barra minn hekk, qed joħroġ l-ispiża tal-enerġija u taċ-ċereali hu ukoll. Allura, dik hija kważi deċiżjoni waħda li kważi kważi, il-Budget kieku ħabbar dik kien ikun biżżejjed, fl-opinjoni tiegħi.”